Deborah Abela – “Teresa”

Home / Uncategorized / Deborah Abela – “Teresa”
Deborah Abela – “Teresa”

Deborah Abela – “Teresa”

Fil-15 ta’ Novembru l-awtriċi Awstraljana ta’ dixxendenza Maltija, Deborah Abela, iltaqgħet mal-istudenti tat-tieni u t-tielet sena biex tkellimhom dwar “Teresa” il-ktieb tagħha tradott għall-Malti minn Leanne Ellul u Clare Azzopardi.

L-istudenti ħadu gost jisimgħu lil Deborah Abela titkellem dwar il-karriera tagħha bħala kittieba, kif tispira ruħha fil-kitba b’referenza speċjali għall-ktieb “Teresa” li jittratta l-esperjenza ta’ tifla Maltija, Teresa, fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija. Wara l-gwerra hi u familtha jemigraw lejn l-Awstralja. L-istudenti kellhom l-opportunità jistaqsu lil Deborah Abela dwar il-proċess tal-kitba.

Wara s-sessjoni kull min xtaq xtara l-ktieb u l-awtriċi ffirmathulu. Kienet attività interessanti tassew!

Leave a Reply

Your email address will not be published.