BPW Careers Fair

Home / Past Events / BPW Careers Fair
BPW Careers Fair

BPW Careers Fair

L-istudenti tar-Raba’ Sena attendew għall-Fiera tal-Karrieri organizzata mill-Business and Professional Women (Valletta, Malta). Din il-fiera għandha l-għan li tlaqqa’ lill-istudenti tfajliet ma’ għadd ta’ opportunitajiet ta’ xogħol u karrieri varji li fihom diġà hemm jaħdmu numru sabiħ ta’ nisa.

Bosta istituzzjonijiet akkademiċi, vokazzjonali, u kumpaniji li joffru servizzi differenti kienu rrappreżentati minn nisa li jaħdmu fihom u dawn qasmu mal-istudenti l-esperjenzi tagħhom bħala professjonisti. L-aktar parti ta’ ispirazzjoni kienet il-preżentazzjoni awdjo-viżiva li tellgħu l-istudenti tal-iskola Sta Monika, Birkirkara għax matulha l-istudenti raw u semgħu l-esperjenzi ta’ nisa minn oqsma varji tal-ħajja u kif dawn waslu għas-suċċess fil-karriera tagħhom.

Il-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca indirizzat lill-istudenti matul din il-laqgħa u ħeġġithom biex ikunu attivi fis-soċjetà għax kull waħda minnhom għandha x’toffri.

Leave a Reply

Your email address will not be published.